Illejla filgħaxija, lejliet il-Milied, il-Prim Ministru Robert Abela flimkien mad-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa Chris Fearne żaru d-Dipartiment tal-Emerġenza għall-għarrieda.
Waqt din iż-żjara, il-Prim Ministru u d-Deputat Prim Ministru rringrazzjaw lill-ħaddiema tax-xogħol importanti li qed jagħmlu u għamlu matul is-sena kollha.
F’kitba fuq Facebook, il-Prim Ministru Robert Abela qal kif il-poplu huwa tassew grat tad-dedikazzjoni li juru ta’ kuljum f’ħidmiethom, l-infermiera u l-ħaddiema tas-saħħa.
Flimkien mad-Deputat Prim Ministru Chris Fearne għadna kif għamilna żjara għall-għarrieda fid-Dipartiment tal-Emerġenza…
Posted by Robert Abela on Thursday, December 24, 2020