Sittin għaqda sportiva se jkunu qed jingħataw mija u ħamsin elf ewro bejniethom bħala rifużjoni tal-kirjiet li ħallsu matul din is-sena fil-kumplessi ta’ Sport Malta.
Dan tħabbar mis-Segraterju Parlamentari għall-Isport Clifton Grima, li qal kif l-isfidi tal-pandemija ġew meqluba f’opportunitajiet.
Il-Kap Eżekuttiv ta’ Sport Malta Mark Cutajar spjega kif din is-sena, minkejja li l-isport ġie affettwat mill-pandemija, flok waqqfu kompletament, għamlu xogħol ta’ rinovar b’investiment ta’ miljun ewro. Qal kif, “Bla dubju ta’ xejn konna proattivi u l-affarijiet li għamilna kienu biex ninċentivaw u ngħinu biex klabbs sportivi ma jagħluqx. Allura tajna lura l-flus kollha lura tal-kirjiet li jħalsu l-partijiet sportivi. Jiġifieri kull min għandu l-art li jħallas il-kera magħna, aħna tajna l-flus lura.”
Is-Segretarju Parlamentari Clifton Grima qal kif il-Gvern għandu inizjattivi sabiex jgħin lill-għaqdiet sportivi u l-atleti. Qal kif l-atleti sportivi ġew rikonoxxuti mill-Gvern permezz tal-għotja tal-COVID Wage Supplement.
Spjega, “Fl-aħħar snin, il-Gvern dejjem kien minn ta’ quddiem biex jagħmel inizjattivi ġodda li permess tajn aktar għas-sostenibiltà lis-settur. Illum qed naraw għeluq is-sena li kienet sena mimlija sfidi u dawn l-isfidi ndawruhom f’opportunitajiet permezz ta’ kollaborazzjoni bejn l-istakeholders kollha, inkluż l-għadiet sportivi fuq kollox l-imput qawwi u investiment bla preċident min naħa tal-gvern.”
Intant, f’dan l-istess kumpless ġiet inawgurata sala ġdida ddedikata għal mibki Teddy Borg, ġurnalist sportive.
F’din is-sala l-għaqdiet sportivi jistgħu jiltqgħu u jorganizzaw lilhom infushom.