BIL-FILMAT: Jiżvela li ma riedx jilħaq President jekk mhux b’appoġġ ta’ żewġ terzi jew aktar

Il-President ta’ Malta Dr. George Vella żvela li jekk ma kienx ser ikollu appoġġ ta’ żewġ terzi jew aktar fil-Parlament, huwa ma kienx ser jaċċetta l-kariga ta’ Kap tal-Istat.

Dr. Vella qal dan f’intervista waqt il-programm Follow Up u li ser tkun qed tixxandar illejla b’mod sħiħ fuq ONE fid-21:15.

Fi kliem il-President huwa għamilha tassattiva li jkollu appoġġ wiesgħa fil-Parlament biex jaċċetta l-kariga ta’ President tar-Repubblika.

Il-President jisħaq ukoll fuq l-importanza li jittieħed il-vaċċin. Fil-fatt jgħid li jekk ikun disponibbli għalih huwa jieħdu mal-ewwel.

Ta’ QabelLi Jmiss

1 Comment

Leave a Reply

Your email address will not be published. Required fields are marked *

Send this to a friend