Kersten Camilleri li għandu 31 sena mill-Belt Valletta wieġeb mhux ħati meta ttella’ l-Qorti mixli b’serq aggravat.
Fil-Qorti l-ispettur Sarah Zerafa rrakkontat li f’żewġ istanzi, l-imputat flimkien ma’ persuna oħra allegatament seraq żewġ vannijiet tat-tip Toyota Hilux u Mitsubishi.
Hu ġie akkużat ukoll li għamel ħsara fuq dawn il-vetturi sabiex ikunu jistgħu jsuquhom.
Intqal kif il-pulizija kellhom jagħmlu l-forza biex jidħlu fir-residenza li kien qed joqgħod fiha f’Raħal Ġdid fejn sabu lill-imputat bilqiegħda fuq is-sufan.
Lill-pulizija qalilhom li ma setax jiftħilhom il-bieb għaliex il-post kien qed jgħix ma kienx tiegħu.
Fuq mistoqsija tal-avukat tad-difiża Franco Debono, l-ispettur ikkjarifikat li l-vetturi nstabu f’ħin qasir iżda bi ħsara konsiderevoli.
Id-difiża għamlet talba għall-ħelsien mill-arrest, liema talba kienet miċħuda wara li l-prosekuzzjoni spjegat li l-imputat mhuwiex wieħed affidabbli minħabba ksur ta’ libertá provirżorja ta’ każ separata.