Olandiż ta’ 18-il sena jinsab fil-periklu tal-mewt wara li waqa’ erba’ sulari f’binja abbandunata f’ Wied il-Għajn.
L-inċident seħħ ilbieraħ għall-ħabta tal-ħdax ta’ filgħaxija fi Triq is-Salini.
Fuq il-post immedjatament issejħu membri mid-Dipartiment tal-Protezzjoni Ċivili u tim mediku li ħarġu lill-vittma mill-binja, filwaqt li ambulanza ħaditu l-Isptar Mater Dei.
Il-Maġistrat tal-Għassa Dr Marseann Farrugia LL.D ġiet infurmata bil-każ u ħatret inkjesta.
L-investigazzjonijiet tal-Pulizija għadhom għaddejjin.