Se tiġi rrestawrata waħda mill-aħħar ‘Firilla’ li baqa’ f’pajjiżna – One News

Notifiki

Se tiġi rrestawrata waħda mill-aħħar ‘Firilla’ li baqa’ f’pajjiżna

L-Assoċjazzjoni ta’ l-Opri Tradizzjonali tal-Baħar ta’ Malta ħadet fil-pusses tagħha waħda mill-aħħar firilli, fejn f’waħda mill-ewwel proġetti tagħhom se jkunu qed jirrestawrawha.

L-għan tagħom huwa li jerġgħu jġibu lil din il-firilla fil-glorja tagħha sabiex anke terġa’ tibda tintuża fuq il-baħar.

Il-firilla jew ferilla hija dgħajsa tradizzjonali tas-sajd li bdiet tintuża lura lejn is-seklu sbatax. Din kienet tintuża wkoll bħala mezz ta’ trasport għan-nies bejn il-Birgu u l-Isla.

 

Ta’ QabelLi Jmiss

Leave a Reply

Your email address will not be published. Required fields are marked *

Send this to a friend