Iż-żewġt irġiel, wieħed ta’ 40 sena mill-Ħamrun u ieħor ta’ 29 sena minn Raħal Ġdid ser jitressqu l-Qorti llum fil-11:00 wara li lbieraħ ġew arrestati mill-pulizija waqt rejd fi Triq Melita, Raħal Ġdid.
Fl-imsemmija triq, il-pulizija tal-Iskwadra ta’ Kontra d-Droga assisti mill-Pulizija tal-iSpecial Invervention Unit interċettaw karozza li kienet qed tinstaq mir-raġel ta’ 40 sena.
Il-ħidma kompliet f’residenza fi Triq Melita u f’garaxx fi Triq Sant’Ubaldeska Raħal Ġdid, propjetà tar-raġel ta’ 29 sena.
Fid-dar instabu sustanzi suspettati kokaina u ħaxixa, madwar €100,000 f’deheb u ġojjellerija, u madwar €78,000 fi flus kontanti, filwaqt li minn ġol-garaxx, il-pulizija kkonfiskaw Range Rover Sports u Mercedes E63, li l-valur tagħhom jammonta madwar €250,000.
Il-pulizija għamlu wkoll tfittxija f’garaxx fi Triq il-Qaddiefa l-Marsa, propjetà tar-raġel ta’ 40 sena, u nstabu madwar 3.5 Kilogrammi ta’ sustanza suspetatta kokaina. Il-valur ta’ din id-droga tlaħħaq madwar €350,000.
Intant, numru ta’ persuni oħra ser jitressqu b’akkużi relatati ma’ użu ta’ dokumenti ta’ ħaddieħor u mbarkar illegali, fost oħrajn.
Aktar informazzjoni fil-ħin li ġej…