Raġel ta’ 40 sena minn Ħaż-Żabbar jinsab fil-periklu tal-mewt wara li ħabat b’go-kart ġo trailer li kien ipparkjat.
Il-każ seħħ għall-ħabta tal-4 ta’ waranofsinhar fi Triq Santu r-Rokku fil-Kalkara.
Huwa ttieħed l-isptar Mater Dei, filwaqt li l-Maġistrat tal-Għassa Dr Marseann Farrugia li ġiet infurmata bil-każ u ħatret inkjesta.
L-investigazzjonijiet tal-Pulizija għadhom għaddejjin.