Notifiki

Ma jissemmewx l-ismijiet ta’ min instemgħulu t-telefonati fl-investigazzjoni

Għal darba oħra l-Qorti ċaħdet it-talba biex jinkixfu l-ismijiet ta’ min kellu l-konverżazzjonijiet fuq il-mobile rrekordjati bħala parti mill-investigazzjoni dwar il-qtil ta’ Daphne Caruana Galizia. Dan f’seduta oħra mill-kumpilazzjoni tax-xhieda fil-każ kontra Yorgen Fenech, l-allegat mandant fil-qtil ta’ Daphne Caruana Galizia.

Id-Difiża ripetutament talbet biex l-ismijiet jinkixfu u jkunu magħrufa, madankollu l-prosekuzzjoni stqarret li dan ma jistax isir minħabba li l-investigazzjonijiet fuq ċertu persuni għadhom għaddejjin.

Fis-seduta tal-lum kompla jixhed is-Supretendent Keith Arnaud li stqarr kif hu mhux ser ikun qed jixhed fuq xogħol li ma sarx mit-taqsima li hu jagħmel parti minnha. Fis-seduta li jmiss ser ikun qed jixhed rappreżentant mis-servizzi sigrieti fuq talba tad-Difiża. Id-Difiża argumentat li s-sieħba u bint Melvin Theuma huma persuni ta’ interess f’dan il-każ u li hemm recordings li fihom jinstemgħu jiddiskutu l-iżvilupp dwar il-qtil ta’ Daphne Caruana Galizia.

Id-Difiża talbet sabiex ikun ippreżentat il-laptop tat-tifla tas-sieħba ta’ Melvin Theuma. Liema talba, il-Maġistrat Rachel Montebello nnutat li l-Maġistrat inkwerenti kienet diġà ċaħdet din it-talba. Is-Supretendent Arnaud issuġġerixa li jitlob lill-Maġistrat Inkwerenti biex tkun tista’ tiġi ppreżentata d-data minn dan il-laptop li hi relevanti għal dawn l-investigazzjonijiet.

Ta’ QabelLi Jmiss

Leave a Reply

Your email address will not be published. Required fields are marked *

Send this to a friend