Il-Qdusija tiegħu l-Papa Franġisku llum qed jiċċelebra l-84 sena minn twelidu.
Franġisku twieled f’Buenos Aires l-Arġentina fl-1936 u ġie elett Papa fit-13 ta’ Marzu tal-2013.
Il-Papa Franġisku kellu jiġi Malta f’Mejju li għadda iżda minħabba l-pandemija din kellha tiġi posposta. Għal dan, il-Kardinal Mario Grech ħabbar li se jerġgħa jistiednu biex jiġi jżur pajjiżna.