Notifiki

Il-Ftira Maltija tagħmilha fuq il-lista tal-wirt kulturali tal-UNESCO

Il-Ftira Maltija hija uffiċjalment l-ewwel prodott Malti fuq il-lista umanitarja tal-wirt kulturali intaġibbli tal-UNESCO.

Il-Ftira kienet waħda minn 42 sottomissjoni li għamlu diversi pajjiżi madwar id-dinja li kienu jinkludu wkoll tiġrijiet bl-iġmla, sottomissjoni mill-Emirati Għarab Magħquda u l-kultura tas-sawna mill-Finlandja.

Din il-lista hija tirrikonoxxi u tipproteġi oġġetti, avvenimenti u tradizzjonijiet li jiffurmaw parti mill-wirt kulturali.

Fis-sottomissjoni tiegħu, il-Ministeru għall-Wirt Kulturali kiteb dwar l-impatt kulturali ta’ dan il-ħobż fejn stqarr li l-ftira Maltija tħaddan fiha l-identità li tgħaqqad lin-nies fid-djar u postijiet tax-xogħol.

Din l-aħbar waslet propju fl-40 anniversarju minn meta t-tempji tal-Ġgantija saru sit tal-UNESCO.

Ta’ QabelLi Jmiss

Leave a Reply

Your email address will not be published. Required fields are marked *