Notifiki

Illum fil-Parlament mistenni jiġi approvat l-ewwel budget tal-PM Robert Abela

Illum fil-Parlament ta’ Malta se jittieħed vot importanti fuq il-budget għas-sena d-dieħla. Il-Budget b’ruħ soċjali, l-ewwel wieħed tal-Prim Ministru Robert Abela u l-akbar wieħed li qatt ġie ppreżentat minn Gvern Laburista.

Fl-aħħar seduta għal din is-sena, li hi ddedikata kollha għall-budget 2021, il-Membri Parlamentari miż-żewġ naħat tal-Kamra se jivvutaw fuq id-diversi miżuri minn oqsma differenti mħabbra fis-19 ta’ Ottubru li għadda.

Fost dawn hemm iż-żieda fil-pensjonijiet għall-anzjani tagħna, it-tijib fil-benefiċċji u l-investiment qawwi fl-infrastuttura ta’ pajjiżna. Apparti dawn hemm il-miżuri kruċjali b’rabta mal-pandemija, fosthom l-estensjoni tal-Covid-Wage Supplement, l-iskema tal-vouchers tal-mitt ewro u t-tnaqqis fit-taxxa tal-boll fuq xiri ta’ propjetà.

ONE News tkellem mal-Whip tal-Gvern Glenn Bedingfield, li spjega l-importanza ta’ din is-seduta.

Isma’ l-kummenti tal-Whip tal-Gvern Glenn Bedingfield, hawn taħt:

Ta’ QabelLi Jmiss

Leave a Reply

Your email address will not be published. Required fields are marked *

Send this to a friend