Notifiki

L-MCAST tkompli bl-impenn ir-riċerka u l-innovazzjoni fl-edukazzjoni

It-Tlieta waranofsinhar ġie fi tmiemu l-expo virtwali mtella’ mill-Kulleġġ Malti għall-Arti, Xjenza u Teknoloġija dwar ir-riċerka u l-innovazzjoni fl-industrija għall-pajjiżna.

Matul dawn il-jumejn ħadu sehem aktar minn 200 parteċipant f’dan l-expo virtwali li fih ġew ippreżentati 40 proġetti ta’ studenti u riċerkaturi.

Il-Ministru għall-Edukazzjoni Justyne Caruana ndirizzat l-għeluq tal-expo fejn qalet illi permezz ta’ avvenimenti bħal dawn tiġi rikonoxxuta l-ħidma li jagħmlu r-riċerkaturi kif ukoll l-istudenti tal-Kulleġġ. Dan b’mod speċjali hekk kif l-MCAST qed jipprepara sabiex iniedi l-ewwel programm ta’ dottorat professjonali.

Il-Ministru Caruana qalet illi l-għażla li joffri l-kulleġġ tirrifletti d-diversità f’pajjiżna u għalhekk l-MCAST jinsab fuq quddiem fejn tidħol l-innovazzjoni. Hija kompliet tgħid li matul is-snin, l-MCAST żviluppa bħala kulleġġ vokazzjonali li resaq lejn istituzzjoni ta’ edukazzjoni professjonali ogħla.

L-MCAST bħalissa qed joffri mal-50 programm li jwasslu għal baċċellerat f’oqsma varji bħax-xjenza u t-teknoloġija fost oħrajn.

Fi tmiem l-indirizz tagħha, il-Ministru Caruana qalet illi fl-MCAST f’Raħal Ġdid qed issir espansjoni infrastrutturali bil-ħsieb li l-edukaturi u l-istudenti jkomplu jimirħu fl-istudji, fit-tagħlim u fir-riċerka.

Ta’ QabelLi Jmiss

Leave a Reply

Your email address will not be published. Required fields are marked *

Send this to a friend