Notifiki

L-Awtorità tad-Djar toffri akkomodazzjoni temporanja lill-familji li jgħixu fl-appartamenti li nħakmu min-nirien fil-Ħamrun

L-Awtorità tad-Djar offriet akkomodazzjoni temporanja lill-familji li jgħixu fl-appartamenti fi blokka tal-housing soċjali li nħakmet min-nirien.

Skont pariri tal-esperti l-inkwilini ma jistgħux jgħixu fl-appartament tagħhom sakemm isiru x-xogħolijiet neċessarji li se jkunu qed isiru mill-Awtorità hekk kif il-blokka konċernata hija proprjetà tal-gvern mikrija lil dawn il-familji.

Fi stqarrija l-Awtorità tad-Djar qalet li se tibqa’ f’kuntatt ma’ kull familja u se tkompli ssegwi l-każ sabiex tassigura li toffrilhom kull assistenza li jkunu jeħtieġu.

Dan filwaqt li l-Awtorità tinsab ukoll f’kuntatt kontinwu mal-Ministru għall-Akkomodazzjoni Soċjali li qed isegwi l-aħħar żviluppi dwar il-każ.

Ta’ QabelLi Jmiss

Leave a Reply

Your email address will not be published. Required fields are marked *

Send this to a friend