Notifiki

Bosta tfal juru interess fil-kompetizzjoni ‘X’tixtieq issir la tikber?’ – Numru ta’ premjijiet abbinati

Il-kompetizzjoni mmirata għat-tfal tar-raba’, tal-ħames u tas-sitt sena primarja, bit-tema ‘X’tixtieq issir la tikber?’, intlaqgħet tajjeb ħafna minn studenti u edukaturi, tant li fl-ewwel jiem tagħha daħlu diġà għexieren ta’ sottomissjonijiet.

F’din il-kompetizzjoni, it-tfal huma mistiedna joħolqu tpinġijiet, postcards, mudelli, artikli, stejjer, filmati qosra jew produzzjonijiet artistiċi relatati mat-tema ‘Servizz Pubbliku – X’tixtieq issir la tikber?’.

Hemm numru sabiħ ta’ premjijiet abbinati ma’ din il-kompetizzjoni, fosthom tablets, cameras tar-ritratti u vouchers li jissarrfu f’biljetti għall-familja kollha fl-Akwarju Nazzjonali u fil-ħanut online ta’ Heritage Malta.

​Id-dettalji u r-regolamenti tal-kompetizzjoni kif ukoll il-filmat animat jistgħu jiġu aċċessati minn fuq il-paġna ta’ Facebook tas-Servizz Pubbliku.

L-artikli, l-istejjer, it-tpinġijiet jew ritratti tal-produzzjonijiet għandhom jiġu skennjati u jintbagħtu b’email lil info.pps@gov.mt sad-29 ta’ Jannar 2021 f’nofsinhar.

Ta’ QabelLi Jmiss

Leave a Reply

Your email address will not be published. Required fields are marked *

Send this to a friend