Fl-aħħar sigħat fiequ 128 persuna oħra mill-Coronavirus f’pajjiżna u feġġew 106 każijiet minn fost 2,626 test.
Dan ifisser li 95.7% tat-testijiet li saru ġew negattivi, u 4.3% ġew pożittivi.
Sa issa, fiċ-ċentri ta’ ttestjar f’pajjiżna, saru 455,897 test.
Intant il-Ministeru għas-Saħħa fi stqarrija ħabbar li 4 anzjani mietu waqt li kienu pożittivi għall-Covid-19.
Il-persuni huma 3 anzjani nisa ta’ 92 sena, 66 sena, 85 sena, u anzjan ta’ 91 sena.