Fl-aħħar sigħat fiequ 101 persuna oħra mill-Coronavirus f’pajjiżna u feġġew 139 każ minn fost 3,192 testijiet.
Dan ifisser li 95.6% tat-testijiet li saru ġew negattivi, u 4.4% ġew pożittivi.
Sa issa, fiċ-ċentri ta’ ttestjar f’pajjiżna, saru 448,586 test.