F’sena waħda biss saru elfejn, seba’ mija u sitta u sittin rapport ta’ vjolenza domestika lill-Pulizija u l-Aġenzija Appoġġ.
Dan ħareġ minn rapport tal-uffiċċju nazzjonali tal-istatistika għas-sena 2018.
Minn dawn ir-rapporti, aktar minn elfejn u mitejn persuna li allegatament esperjenzaw vjolenza domestika fittxew l-għajnuna ta’ wieħed mis-servizzi li hawn disponibbli.
L-NSO spjega li meta mqabbel ma’ sentejn qabel, in-numru ta’ persuni li fittxew l-għajnuna żdied b’sitta u għoxrin fil-mija.
Fl-2018, l-aktar dipartiment li rċieva rapporti ta’ vjolenza domestika kien dak tal-Pulizija, segwit mill-Aġenzija Appoġġ, Shelters speċjalizzati, id-Dipartiment tal-Emerġenza u l-Victim Support Malta.
Il-maġġoranza ta’ vittmi f’dawn il-każijiet huma nisa.
Minkejja dan, l-istatistika għall-elfejn u tmintax uriet li kien hemm total ta’ tliet mija u erbgħa u tmenin rapport fejn il-vittma kien ir-raġel.