Anzjana ta’ 82 sena li toqgħod ix-Xewkija qed issofri ġrieħi gravi wara li kienet involuta f’inċident tat-traffiku fix-Xewkija, Għawdex.
L-inċident seħħ il-ġimgħa filgħaxija għall-ħabta tas-sebgħa u kwart fi Triq San Bert, ix-Xewkija.
Minn investigazzjonijiet preliminari huwa mifhum illi kien hemm ħabta bejn karozza BMW, misjuqa minn raġel ta’ 37 sena min-Nadur u karozza Maruti misjuqa mill-anzjana ta’ 82 sena.
L-anzjana ngħatat l-ewwel għajnuna minn tim mediku fuq il-post u ttieħdet b’ambulanza l-isptar Ġenerali t’Għawdex fejn ġiet iċċertifikata li weġġgħet gravi.
L-investigazzjonijiet tal-Pulizija tad-Distrett dwar dan il-każ għadhom għaddejjin.