Tfajla ta’ 17-il sena mixlija li kkaġunat biża’ fuq ommha – One News

Notifiki

Tfajla ta’ 17-il sena mixlija li kkaġunat biża’ fuq ommha

Tfajla ta’ 17-il sena minn Bormla ngħatat il-libertà proviżjora b’depożitu ta’ €500 u garanzija personali ta’ €2,500 wara li tressqet il-Qorti mixlija li tat fastidju u kkaġunat biża’, filwaqt li provokat lil ommha.

Fil-Qorti ntqal kif l-imputata hija riċediva, filwaqt li wieġbet li mhix ħatja.

Id-Difiża talbet għal ħelsien mill-arrest taż-żagħżugħa, bil-Prosekuzzjoni oġġezzjonat hekk kif it-tfajla għadha tgħix m’ommha.

Il-Qorti laqgħet it-talba għall-ħelsien mill-arrest bil-kundizzjoni li t-tfajla tgħix għand zitha, ma tersaqx lejn Bormla u ma tkellimx lil ommha.

Il-Maġistrat Ian Farrugia wissha lit-tfajla sabiex ma tagħmilx reat għaliex inkella se tispiċċa l-ħabs.

Ta’ QabelLi Jmiss

Leave a Reply

Your email address will not be published. Required fields are marked *

Send this to a friend