L-għaqda studenteska Pulse għal sena oħra se tkun qed tmexxi l-Kunsill Studenti MCAST, hekk kif eleġġiet id-disa’ kandidati kollha fl-elezzjoni li saret il-Ġimgħa.
Dan il-kunsill se jkun immexxi minn Bradley Debono flimkien ma’ Sarah Soltani, Ruud Chircop, Maria Gauci, Amy Marie Garzia, Mirayah Carabott, Denilson Brincat, Shelseya Tanti u Luke Borg.
Din ir-rebħa tal-Pulse fl-MCAST, waslet wara r-rebħiet fl-elezzjoni għall-kunsilli studenteski fil-Junior College u fl-ITS.