Il-PL jippreżenta l-proposti kontra r-razziżmu u l-ksenofobija – One News

Notifiki

Il-PL jippreżenta l-proposti kontra r-razziżmu u l-ksenofobija

Il-Partit Laburista, permezz tal-Deputat Mexxej għall-Affarijiet tal-Partit tal-Partit Laburista Daniel Micallef, flimkien ma’ Rebecca Buttigieg li qed tmexxi l-forum ‘Ilkoll Indaqs’ fl-inizjattiva 100 idea, ippreżentaw il-proposti tagħhom għall-pjan ta’ azzjoni nazzjonali kontra r-razziżmu u l-ksenofobija.

Dan permezz ta’ laqgħa mas-Segretarju Parlamentari għar-Riformi u l-Ugwaljanza Rosianne Cutajar.

Waqt din il-laqgħa, Micallef u Buttigieg iddiskutew numru ta’ aspetti dwar din il-materja, fejn fost dawn issemmiet b’mod predominanti, l-edukazzjoni.

Buttigieg qalet, “Tul dawn l-aħħar snin kien hemm fenomenu kbir ta’ aktar influss ta’ barranin fil-pajjiż illi ovvjament fuq is-soċjetà tagħna ma kinitx preparata, għalhekk ħassejna li hemm bżonn ikun hemm numru ta’ azzjonijiet li jittieħdu, sabiex ninidirizzaw aktar edukazzjoni, aktar taħriġ ħalli anke aħna bħala Maltin inkunu aktar lesti sabiex nilqgħu lil kulħadd fi ħdanu bħala soċjetà.”

Is-Segretarju Parlamentari Rosianne Cutajar faħħret u laqgħet il-fatt kif il-Partit Laburista qed iressaq dawn il-proposti.

Qalet kif bħalissa qed jiltaqgħu ma’ diversi entitajiet sabiex jagħmlu s-sottomissjonijiet tagħhom fil-konsultazzjoni pubblika għall-ewwel strateġija ta’ pajjiżna għal kontra r-razziżmu u l-ksenofobija.

Hija stqarret, “Flimkien magħhom qegħdin niddiskutu dawn l-istess sottomissjonijiet biex naraw issa kif se jkunu riflessi fl-istrateġija ġaladarba tkun ippubblikata.”

Ta’ QabelLi Jmiss

Leave a Reply

Your email address will not be published. Required fields are marked *

Send this to a friend