10 individwi u assoċjazzjoni privata ngħataw il-Premju tal-Propjetà Intellettwali 2020 – One News

Notifiki

10 individwi u assoċjazzjoni privata ngħataw il-Premju tal-Propjetà Intellettwali 2020

Waqt konferenza tal-aħbarijiet f’ristorant prominenti fil-Valletta Waterfront, il-Ministru għall-Ekonomija u l-Industrija Silvio Schembri ħabbar il-premjijiet li ngħataw lill-għaxar individwi u assoċjazzjoni privata fil-Premju tal-Proprjetà Intellettwali għal din is-sena.
Proprjetà intellettwali tirreferi għal prodotti u xogħlijiet madwarna li huma frott ta’ moħħ il-bniedem. Id-drittjiet mogħtija mill-istat fir-rigward tal-proprjetà intellettwali, bħal drittijiet tal-awtur, trademarks u disinni reġistrati.

Il-premjijiet huma mqassma f’erba’ kategoriji li huma premju għal inizjattiva kreattiva, premju għal inizjattiva xjentifika, premju għal inizjattiva teknoloġika u premju għal inizjattiva ta’ innovazzjoni emerġenti.

ONE news tkellem ma’ wħud mir-rebbieħa, fosthom Ruth Frendo li hija rappreżentanta tal-assoċjazzjoni Write Deal, li ġiet fit-tieni post bil-ktieb interattiv għat-tfal bl-isem ta’ Tliet Xewqat fejn ser jitqassmu fl-iskejjel fil-ġimgħat li ġejjin.

Hija qaltilna, “Storja verament gustuża fejn qed ngħallmu t-tfal li għandhom minn età żgħira jibdew jagħmlu l-volontarjat.”

Fabian Borg rebaħ premju marbut ma’ idea xjentifika.

Huwa qalilna bil-proġett tiegħu favur klima aħjar u dinja ħielsa mit-tniġġis.

Borg spjega, “Proprju proprju l-framework li ħloqt jgħaqqad dawn il-proġetti kollha biex fl-aħħar mill-aħħar nikkontribwixxu għall-klima aħjar u ambjent aħjar għal kullħadd.”

Il-Ministru Silvio Schembri tkellem dwar kif minkejja l-isfidi tal-pandemija, il-Ministeru għall-Ekonomija u l-Industrija ra li jkompli jsaħħaħ l-inizjattivi  tal-protezzjoni tal-proprjetà intellettwali, li għandhom iwasslu għall-bini ta’ ekonomija li tixpruna l-ħsieb innovattiv, kreattiv, prodotti xjentifiċi u xogħlijiet artistiċi.

Saħaq li jeħtieġ ikun hawn iżjed għarfien dwar il-kunċett li wieħed ikun is-sid tal-ideat tiegħu permezz ta’ sistemi ta’ protezzjoni għal proprjetà intellettwali.

Huwa sostna: “Però jrid ikun hemm iktar għarfien fuqu dan, u kien għalhekk li llum ħabbarna li immedjatament nieda kampanja edukattiva fuq livell nazzjonali però li tibda wkoll minn etajiet żgħar fuq livell edukattiv ta’ skejjel ħalli minn hemmhekk inkattru kultura ġo dan il-pajjiż biex dak li jkun idea li joħroġ biha li tkun innovattiva jirreġistraha li jkun l-owner tagħha”.

Ta’ QabelLi Jmiss

Leave a Reply

Your email address will not be published. Required fields are marked *

Send this to a friend