Il-Qorti ppreseduta mill-Maġistrat Rachel Montebello qatgħet sentenza kontra l-attriċi u attivista tal-Occupy Justice Pia Zammit.
Hija tilfet libell li kienet fetħet kontra l-editur tat-Torċa Victor Vella.
Pia Zammit kienet fetħet il-libell fl-2019 wara li qalet li l-gazzetta t-Torċa b’xi mod uriet li hija tisimpatizza man-Nażizzmu.
Il-gazzetta kienet ippubblikat ritratt b’Pia liebsa kostum tan-Nażisti, propju waqt li kienet qed tieħu sehem f’kummiedja tat-Tieni Gwerra Dinjija Allo Allo.
Il-Maġistrat Montebello ma qablitx mal-argumentazzjoni tad-difiża li qalet li l-artiklu huwa diżgustanti.
Fis-sentenza tagħha ordnat ukoll lil Zammit sabiex tħallas għall-ispejjeż tal-każ.