Il-parkeġġ tal-kumpless Gianpula nbidel f’wieħed ta’ villaġġ tal-Milied.
Dan il-villaġġ se jkun wieħed differenti minn tas-soltu, hekk kif għall-ewwel darba se jsir villaġġ drive-through, bl-isem ta’ The Magical Illuminated Trail.
Dan il-villaġġ, li se jkun miftuħ bejn l-4 ta’ Diċembru u l-10 ta’ Jannar, se jinkludi fih spettaklu ta’ dwal ikkuluiuti, li se jkun spettaklu għal familja kollha u se jsir b’risq il-Fondazzjoni Malta Community Chest Fund.
Fi żjara f’dan il-villaġġ, il-Ministru għat-Turiżmu Clayton Bartolo qal kif dan il-villaġġ qed isir minn kumpaniji lokali u semma’ viżjoni tal-Gvern sabiex ikompli jtejjeb il-prodott turistiku Malti.
Qal kif, “Attivitajiet bħal dawn qed narawhom bħala l-pass ‘il quddiem sabiex b’hekk inkomplu ndaħħlu l-innovazzjoni fil-prodott turistiku tagħna u ngħollu dejjem iżjed il-prodott turistiku ta’ pajjiżna.”
Waqt din il-konferenza kien hemm preżenti wkoll iċ-Chairperson tal-Malta Community Chest Fund Marlene Mizzi li qalet kif din l-attività se tferraħ lin-nies minkejja dan iż-żmien diffiċli, filwaqt li l-flus se jmorru għal min għandu bżonn.