Notifiki

Illejla jitħabbru s-semi-finalisti tal-festival ‘Mużika Mużika’

Illejla fit-8pm mistennija jitħabbru l-għoxrin semi-finalist għal ‘Mużika Mużika – Festival Kanzunetta Maltija’.

Bħalissa hemm 35 kanzunetta fil-kompetizzjoni u 20 minnhom se jgħaddu għall-festival li se jittella’ fit-18, 19 u 20 ta’ Marzu li ġej.

B’kollox kien hemm 148 sottomissjoni, bil-Bord ta’ Mużika Mużika kien qal li lkoll kienu ta’ livell għoli ħafna.

Dan il-festival huwa produzzjoni ta’ Festivals Malta bis-sapport mill-Ministeru għall-Wirt Nazzjonali, l-Arti u l-Gvern Lokali. Għal aktar informazzjoni dwar il-festival u dwar il-kanzunetti magħżula s’issa, irrikorri fuq www.muzikamuzika.org

Ta’ QabelLi Jmiss

Leave a Reply

Your email address will not be published. Required fields are marked *

Send this to a friend