L-iskema tal-passaporti tal-istudenti ta’ Heritage Malta issa tinkludi wkoll il-Konkatidral ta’ San Ġwann. Dan huwa wieħed mill-benefiċċji miksuba mill-iffirmar, f’Lulju li għadda, ta’ memorandum ta’ kollaborazzjoni bejn Heritage Malta u l-Fondazzjoni tal-Konkatidral ta’ San Ġwann.
L-iskema tal-passaporti tal-istudenti tagħti aċċess għal bosta mis-siti u l-mużewijiet ta’ Heritage Malta lill-istudenti kollha tal-iskejjel primarji u sekondarji. L-aċċess huwa bla ħlas għal kull student u żewġ adulti li jakkumpanjawh.
Il-Konkatidral ta’ San Ġwann, ġawhra ta’ arti u arkitettura Barokka, issa huwa miżjud mal-lista twila ta’ postijiet storiċi li l-istudenti jistgħu jgawdu u japprezzaw permezz tal-passaport ta’ Heritage Malta.