Is-seba’ edizzjoni tal-festival imsejjes fuq l-istrument mhux daqstant popolari tal-orgni reħilha lejn diversi lokalitajiet madwar pajjiżna.
Fost oħrajn dan il-festival saħħar il-Kon Katidral ta’ San Ġwann, il-Katidral Anglikan ta’ San Pawl u l-knisja tal-Gudja fost oħrajn.
Il-festival beda fl-għoxrin ta’ Novembru, u minn dskinhar sal-erbgħa ta’ Diċembru, numru ta’ mużiċisti lokali kif ukoll internazzjonali se jesebixxu t-talenti mużikali tagħhom.
Grazzi għal Żewġ kunċerti separati fil-knejjes ta’ Bormla u l-Balluta, il-pubbliku se jara żewġ rebbieħa ta’ diversi kompetizzjonijiet mill-Isvizzera u l-Awstrija.
Il-festival se jinkludi wkoll quddies fil-knisja tal-Ġiżwiti fil-belt kapitali li matulha se tindaqq mużika sagra tipikament Maltija.
Tul dan il-festival ser jingħata ħajr xieraq lill-artist Ludwig Van Beethoven bħala parti miċ-ċelebrazzjoni mill-okkażjoni tal-mitejn u ħamsin anniversarju mit-twelid tiegħu.
Dan il-festival għandu sal-erbgħa ta’ Diċembru u se jagħlaq b’kunċert fl-Isla.