Matul il-jum, iż-żagħżugħa Naomi Pace Gasan qed tqatta’ ġurnata mal-Prim Ministru Robert Abela, f’jum ieħor ta’ ħidma.
F’messaġġ fuq Facebook, il-Prim Ministru qal kif fil-prattika qed nuru l-importanza li l-persuni b’diżabilità jistgħu jkunu huma wkoll parti mit-teħid tad-deċiżjonijiet fuq livell nazzjonali.
Dan qed isir lejliet il-Jum Internazzjonali għall-Persuni b’Diżabilità.
Ftit wara r-ritratt li ppubblika l-Prim Ministru, Dr. Robert Abela ngħaqad f’kollegament telefoniku mal-istazzjon tar-radju 89.7 Bay.
Fil-breakfast show tal-istazzjon, il-Prim Ministru Robert Abela saħaq li l-persuni b’diżabiltà jistgħu jkollhom irwol ċentrali f’pajjiżna.
Fuq ton iżjed leġġer qal li ta’ spiss isegwi liż-żewġ preżentaturi Daniel Testa u Ylenia Spiteri waqt li jkun għaddej bejn impenn u ieħor.
Qalilhom li huwa kburi bihom meta pparteċipaw fil-ftuħ tal-proġetti infrastrutturali kbar li qed isiru f’pajjiżna.