Il-jum ta’ ħidma tal-Prim Ministru Robert Abela, akkumpanjat miż-żagħżugħa Naomi Pace Gasan kompla fiċ-ċentru ta’ negozju ġdid tal-Grupp AX fil-Mosta.
Fuq il-midja soċjali, il-Prim Ministru ppubblika filmat qasir tal-inawgurazzjoni ta’ investiment ta’ €6 miljun mill-Grupp AX.
Naomi tidher biswit il-Prim Ministru, li bi pjaċir innota li l-binja l-ġdida fil-Mosta hija kompletament aċċessibbli u l-grupp, li jiġbor fi ħdanu bosta kumpaniji, jħaddem numru sabiħ ta’ persuni b’diżabilità.
Il-Prim Ministru akkumpanjat minn żagħżugħa f’jum ieħor ta’ ħidma … Isma’ x’qal ukoll fuq ir-radju