Proprju ftit tal-jiem ilu sidien ta’ żewġ vetturi spiċċaw mingħajr karozza dan hekk kif il-karozzi tagħhom li kienu pparkjati fuq il-moll taċ-Ċirkewwa spiċċaw inġarru mill-mewġ u waqgħu l-baħar.
Intant wieħed mis-sidien tal-karozzi għażel li jtella’ l-vettura tiegħu mill-baħar minflok ħalla l-vetturi tikkawża impatt negattiv lin-natura.
Għadu mhux magħruf jekk sid il-karozza l-oħra hux se jkun qed ineħħi l-vettura minn qiegħ il-baħar