L-Imħallef Consuelo Scerri Herrera kkundannat 25 sena ħabs lil Shah Soko Moussa wara li kien wieħed miż-żewġ persuni li ħataf ajruplan Libjan tal-Afriqiyah Airways.
Il-hijack seħħ fit-23 ta’ Diċembru 2016 minn Moussa u Ali Ahmed Saleh iżda tal-ewwel għażel li jammetti flok jgħaddi ġuri.
Il-hijack fuq l-ajruplan kien beda għoxrin minuta wara li bdiet it-titjira li telqet minn Sabhā għal Tripli.
Kienet qalet dan membru tal-ekwipaġġ, li spjegat kif wieħed minn dawk li ħatfu l-ajruplan ried ikellem lill-bdot u anki għolla l-flokk fejn kellu qisha bomba żgħira.
L-ittra kienet tgħid li l-bdot kellu jsuq lejn Ruma u l-imputati bdew jheddu li se jisplodu l-ajruplan.
L-ajruplan spiċċa niżel f’Malta minħabba li l-bdot qal li kellu bżonn iżjed fjuwil biex isuq lejn Ruma.
F’dan il-każ intużaw armi foloz u ħadd ma kien weġġa’.
Is-sitwazzjoni kienet ġiet ikkontrollata mill-forzi Maltin ftit tas-sigħat wara.
Iż-żewġ Libjani li ħatfu l-ajruplan kienu dehru jxejru l-bandiera l-ħadra ta’ żmien ir-reġim ta’ Muammar Gaddafi, barra l-bieb tal-ajruplan.
Il-prosekuzzjoni f’dan il-każ kienet tmexxiet mill-Ispettur Omar Zammit mill-iskwadra ta’ Kontra t-Terrorizmu.