Żewġ persuni mejta u oħrajn midruba wara li raġel baqa’ dieħel fihom bil-karozza fil-Ġermanja – One News

Notifiki

Żewġ persuni mejta u oħrajn midruba wara li raġel baqa’ dieħel fihom bil-karozza fil-Ġermanja

Minn tal-inqas żewġ persuni huma mejta u oħrajn midruba wara li karozza baqgħet dieħla fihom f’żon pedonali f’Tier il-Ġermanja.

Il-Pulizija Ġermaniża qalet kif xufier ta’ wieħed u ħamsin sena, ġie arrestat b’rabta ma’ dan il-każ.

Is-Sindku ta’ dan il-post iddeskriva din ix-xena bħala waħda orribbli u spjega kif waħda mill-vittmi hija tifla.

Il-mottiv wara dan l-inċident għadu mhux magħruf.

Intant, il-Pulizija qed jitolbu lin-nies biex jevitaw din iż-żona.

Ta’ QabelLi Jmiss

Leave a Reply

Your email address will not be published. Required fields are marked *

Send this to a friend