Mara ta’ tlieta u sebgħin sena mill-Mosta ttellgħet mejta max-Xatt ta’ Buġibba.
Il-pulzija ġiet infirmata li ntlemaħ katavru f’wiċċ l-ilma għal ħabta tas-sagħtejn ta’ wara nofsinhar.
Minnufih, intalbet l-assistenza minn tim mediku u tabib tal-emerġenza mill-Isptar Mater Dei, li marru fuq il-post fejn il-mara ġiet iċċertifikata mejta.
Bil-każ infetħet inkjesta mmexxija mill-Maġistrat Dr Marseanne Farruġia li ħatret diversi esperti sabiex jassistuha.
Il-Pulizija tad-Distrett għadha għaddejja bl-investigazzjonijiet tagħha dwar il-każ.