Inqas minn xahar wara li ġiet ikkonfermata bħala kandidata Nazzjonalista, Angela Coleiro ddeċidiet li ma tkunx iżjed kandidata tal-Partit Nazzjonalista għall-elezzjoni ġenerali li ġejja.
Qalet dan, Angela Coleiro stess fuq il-profil tagħha fuq facebook fejn spjegat li mhux se toħroġ għall-elezzjoni li ġejja fuq id-disa’ u l-għaxar distrett.
Coleiro ħabbret ukoll li rriżenjat minn forum fi ħdan il-Partit Nazzjonalista għal raġunijiet personali.
Dan kollu seħħ wara laqgħa li kellha mas-Segretarju Ġenerali tal-Partit Nazzjonalista Francis Zammit Dimech.