It-tim nazzjonali tal-futbol tan-nisa jegħleb lill-Iżrael 2-0 barra minn daru – One News

Notifiki

It-tim nazzjonali tal-futbol tan-nisa jegħleb lill-Iżrael 2-0 barra minn daru

It-tim nazzjonali tal-futbol tan-nisa għeleb lill-Iżrael f’logħba kompettitiva ta’ kwalifikazzjoni għall-EURO 2022.

Malta rebħet bl-iskor ta’ 2-0 kontra l-Iżrael barra minn darha.

Brenda Borg fetħet l-iskor wara kwarta, bl-istilla Haley Bugeja terġa’ tiskorja fid-59 minuta.

Seba’ minuti qabel it-tieni gowl ta’ Malta, tkeċċiet Irena Kuznezov għall-Iżrael.

B’din it-tieni rebħa konsekuttiva fil-grupp, Malta spiċċat fir-raba’ post minn sitt timijiet li fih kien hemm il-qawwa Daniża u dik Taljana.

Fi tweet il-Prim Ministru awgura lit-tim nazzjonali tan-nisa fir-rebħa kontra l-Iżrael fejn qal kif it-tim akkwista l-aħjar prestazzjoni f’rawnd ta’ kwalifikazzjoni Ewropej.

Ta’ QabelLi Jmiss

Leave a Reply

Your email address will not be published. Required fields are marked *

Send this to a friend