€3.62 miljun f’għajnuna mill-Gvern għall-artisti li ntlaqtu mill-imxija   – One News

Notifiki

€3.62 miljun f’għajnuna mill-Gvern għall-artisti li ntlaqtu mill-imxija  

L-iskema bl-isem ‘Restart’ ser toffri fond ta’ tlieta punt tnejn u sittin miljun ewro għall-irkupru tas-settur kulturali f’pajjiżna għas-sena li ġejja.  Dan f’opportunitajiet differenti ta’ iffinanzjar mill-Kunsill Malti għall-Arti.

Il-Ministru għall-Wirt Nazzjonali, l-Arti u l-Gvern Lokali, José Herrera spjega kif din l-iskema tilqa’ għan-normalità ġdida wara l-pandemija u kif din hija parti sostanzjali minn fond ta’ rkupru estensiv għal dan is-settur.

Qal kif, “Aħna l-idea tagħna hu li bl-ebda mod ma rridu li s-settur kreattiv imajna jew jispiċċa, aħna rridu li jkun qiegħed hemm lest, biex meta tispiċċa l-pandemija aħna nkunu nistgħu nerġgħu ngħinu nirriġeneraw l-ekonomija anke permezz tal-kultura.”

Id-direttur tal-fondi u l-istrateġija tal-kunsill Malti għall-Arti, Mary Ann Cauchi spjegat kif qed isiru bosta inizjattivi għall-irkupru tas-settur kulturali u artistiku f’pajjiżna, fosthom task force tal-arti, riċerka dwar l-udjenzi u l-ispazji artistiċi.  Spjegat kif din l-iskema ‘Restart’ hija msejsa fuq tliet azzjonijiet ta’ tiġdid; it-tifdil, l-irkupru u l-ivvintar ta’ ideat ġodda.  Qalet kif il-partijiet kollha interessati fis-settur ser ikunu jistgħu japplikaw għall-fondi faċilment.

Spjegat li, “Issimplifikajna sistema, dak li jkun jista’ jirreġistra ruħu online imbgħad jidħol fl-iskema li tinteressaħ.  Jimla’ d-dettalji neċessarji, ser ikun hemm id-domandi propju biex jiggwidawk timla’ l-applikazzjoni fejn jidħol kunċett, fejn jidħol kif ħa tiżviluppa l-udjenza, il-budget ‘breakdown’ li se tuża.  Jiġifieri ser tkun b’mod simplifikata”

Iċ-Chairman tal-Kunsill Malti għall-Arti, Albert Marshall stqarr kif din l-iskema ser tassigura li dan il-kunsill ikompli jixpruna t-tkabbir f’dan is-settur anke f’dan iż-żmien tal-pandemija fejn l-għajnuna għall-irkupru ser tkun fundamentali.

Ta’ QabelLi Jmiss

Leave a Reply

Your email address will not be published. Required fields are marked *

Send this to a friend