Il-PM Robert Abela bi żjara għall-għarrieda f’bosta ħwienet f’Tas-Sliema – One News

Notifiki

Il-PM Robert Abela bi żjara għall-għarrieda f’bosta ħwienet f’Tas-Sliema

Dalgħodu l-Prim Ministru Robert Abela beda l-ġurnata tiegħu permezz ta’ żjara għall-għarrieda f’bosta ħwienet fil-lokalità ta’ Tas-Sliema.

F’messaġġ fuq Facebook, il-Prim Ministru qal kif permezz ta’ din iż-żjara kellu ċans jisma’ s-sentiment tal-ħaddiema, tas-sidien tal-ħwienet u tan-nies waqt li kienu qegħdin jagħmlu x-xiri tagħhom.

Innota kif fin-negozji li ltaqa’ magħhom ra sens ta’ kuraġġ u tama għaż-żmien li ġej, speċjalment meta jasal il-vaċċin għall-COVID-19 f’pajjiżna.

F’dan il-messaġġ il-Prim Ministru qal kif fil-ġimgħat u x-xhur li ġejjin s-sitwazzjoni f’pajjiżna se terġa’ lura għan-normal. Qal ukoll kif il-poplu Malti huwa wieħed kuraġġuż sabiex nerġgħu nibdew nibnu r-relazzjonijiet ta’ bejnietna u ngħixu l-aktar affarijiet sempliċi tal-ħajja.

Ta’ QabelLi Jmiss

Leave a Reply

Your email address will not be published. Required fields are marked *

Send this to a friend