Il-Pulizija Franċiża sparat gass tad-dmugħ lejn bosta demostranti waqt protesti li qed iseħħu f’diveri ibliet fosthom fil-kapitali ta’ Pariġi kontra liġi dwar is-sigurtà tal-pulizija fil-pajjiż.
Din il-liġi tgħid li tiġbed filmat jew ritratt ta’ pulizija b’intenzjoni malizzjużi hija meqjusa bħala reat kriminali.
Iktar kmieni din il-ġimgħa filmat li nxtered fuq il-midja soċjali jidhru ta’ tliet pulizija taw bil-ponn produttur tal-mużika ta’ karnaġġjon skur fl-istudjow tiegħu stess.
Id-diżgwit skatta meta l-folla bdiet titfa’ l-ġebel u nar lejn il-pulizija tant li diversi karozzi u gabbani qabdu n-nirien u għexieren spiċċaw arrestati.
Dawk opposti qalu li din il-liġi timmina l-libertà tal-espressjoni biex jiddokumentaw il-brutalità tal-pulizija.
Il-gvern qal li din ser tkun qed tħares milli l-pulizija jaffaċċjaw abbużi online.