Mohammed Husyan Mustafa Omar ta’ ħamsa u tletin sena mill-Libja tressaq quddiem il-Qorti wara li allegatament inqabad jikser il-kundizzjonijiet tal-ħelsien mill-arrest.
Sentej ilu huwa kien affaċċja akkużi ta’ attentat ta’ qtil, u f’Ġunju ta’ din is-sena ingħata l-ħelsien mill-arrest taħt diversi kundizzjonijiet, fosthom li jibqa’ d-dar bejn it-tmienja ta’ filgħaxija u s-sitta ta’ filgħodu.
Uffiċjali mill-għassa tal-Belt Valletta, qalu kif kienu nfurmati li fis-sagħtejn ta’ filgħodu, Omar kien qiegħed iħabbat fuq bieb ta’ dar fi Triq ir-Repubblika, l-Belt. Huwa nstab fuq il-post u ttieħed minnufih fil-kustodja tal-Pulizija.