L-attur David Prowse, il-persuna wara l-karattru ikoniku ta’ Star Wars Darth Vader miet fl-età ta’ 85 sena.
Prowse li inizzjalment kien weightlifter huwa meqjus bħala ikona fid-dinja taċ-ċinema fosthom għat-triloġija oriġinali tal-film Star Wars. Huwa ngħata dan il-karattru b’mod partikolari minħabba l-fiżika mibnija tiegħu u l-vuċi tal-karattru saret minn James Earl Jones.
It-tim maniġerjali Bowington qa li din hija telfa kbira għall-kullħadd inkluż miljuni ta’ ammiraturi minn madwar id-dinja li ssaħħru b’dan il-karattru.
L-aġent tiegħu Thomas Bowington b’qalbu maqsuma għadda dan il-messaġġ: “May the force be with him – always!”