Kumpanija Maltija tgħin oħrajn jaslu sal-aħħar fażi fil-produzzjoni tal-kannabis mediċinali – One News

Notifiki

Kumpanija Maltija tgħin oħrajn jaslu sal-aħħar fażi fil-produzzjoni tal-kannabis mediċinali

Ftehim iffirmat minn kumpanija Maltija bl-isem ta’ Evolve, flimkien ma’ żewġ kumpaniji barranin esperti fil-qasam tal-kannabis mediċinali qed jitqies l-ewwel wieħed tax-xorta tiegħu.

ONE News tkellem mad-Direttur Maniġerjali, Christopher Busuttil Delbridge, fejn spjega l-importanza ta’ dan il-ftehim li se jwassal għal investiment kemm minn kumpaniji Maltin iżda saħansitra internazzjonali.

Spjega kif, “ħloqna xi ħaġa li fid-dinja ma teżistix fejn hemm tlett esperti fil-qasam tagħhom biex il-klijent dejjem ikollu espert quddiemu ta’ dak kollu li jkollu bżonn fejn tista’ tgħid li noffru mill-bidu sal-aħħar.”

Spjega kif il-kumpanija Evolve tgħin lil dawk il-kumpaniji li juru interess fil-proċess sħiħ, kemm mill-ftuħ tal-fabbrika, sat-tkabbir tal-pjanta għall-kannabis mediċinali. Sostna kif id-domanda hi waħda li qed tikber minn pajjiżi bħall-Portugall, l-Iżvizzera, il-Greċja sal-Iżrael u saħansitra anke il-Ghana iżda mhux biss hekk kif f’Malta ukoll.

Qal kif, “id-domanda f’malta dejjem qed tikber u għalekk inħass dan il-bżonn li noffru dan is-servizz lill-industrija biex ngħinu lil din l-industrija”

Mistoqsi dwar x’inhu l-proċess meta kumpanija turi interess li tibda tforni l-kannabis mediċinali, Busuttil Delbridge spjega kif dan huwa proċess rigoruż li jieħu minn tal-inqas sena fejn Evolve tgħinhom jaslu sal-aħħar fażi.

Sostna kif, “ngħinuhom iġibu investiment, liċenzji, joħolqu sistema neċessarja, ngħinuhom jiddisinjaw il-fabbrika jew jekk iridu joħolqu biss tkabbir ngħinuhom kif għandhom ikabbruha b’mod ġenwin, ngħinuhom joħolqu l-laboratorji x’testijiet hemm bżonn. “

Spjega kif filwaqt li l-proċess kollu hu rigoruż, inkluż iż-żamma tal-pjanta tal-kannabis f’kundizzjonijiet mill-aqwa, hu wieħed interessanti ferm fejn kull pjanta tingħata attenzjoni kbira biex il-prodott finali jkun dejjem tal-ogħla livell bir-riżultati jkunu dejjem konsistenti.

Ta’ QabelLi Jmiss

Leave a Reply

Your email address will not be published. Required fields are marked *

Send this to a friend