Illum, Chanel Monseigneur se tirrappreżenta lil Malta fil-Junior Eurovision Song Contest 2020 bil-Maltin jistgħu jivvutaw lil Chanel li għandha talent mill-isbaħ.
Chanel Monseigneur se tirrappreżenta lil Malta fil-Junior Eurovision bil-kanzunetta Chasing Sunsets bis-serata se tkun qed tittella’ fil-kapitali Pollakka f’Warsaw fil-17:00 ta’ waranofsinhar.
Malta se tkun qed tkanta fit-tmien post hekk kif se jkunu tnax l-għadd ta’ pajjiżi parteċipanti fil-festival fosthom il-Ġermanja, Kazakhstan, l-Olanda, is-Serbja, il-Belarus, il-Polonja, Georgia, Malta, Russja, Spanja, Ukraina, u Franza bil-wirja ta’ kull parteċipant ġiet iffilmjata minn qabel bħala prekawzjoni minħabba l-Covid-19.
Il-votazzjoni online tista’ ssir sa kwarta qabel tibda t-trażmissjoni tal-finali tal-Ħadd, jiġifieri fil-ħamsa neqsin kwart ta’ waranofsinhar, fejn se jkun hemm ċans ieħor biex jivvutaw kwarta wara li jintwerew il-kanzunetta kollha.
Il-Maltin u kwalunkwe persuna minn kull pajjiż fid-dinja jistgħu jivvotaw għal Malta u għal żewġ pajjiżi oħra billi jidħlu fil-paġna junioreurovision.tv jew www.jesc.tv.