“Għandna Oppożizzjoni li tgħid li l-vaċċin mhux is-soluzzjoni” -il-PM – One News

Notifiki

“Għandna Oppożizzjoni li tgħid li l-vaċċin mhux is-soluzzjoni” -il-PM

Il-Ħadd filgħodu l-Prim Ministru u Mexxej Laburista Robert Abela, innotta dak li qalet id-Deputat Nazzjonalista, it-Tabiba Maria Deguara – li wkoll tifforma parti mill-grupp ta’ azzjoni fuq il-Coronavirus tal-Partit fl-Oppożizzjoni – li l-vaċċin mhuwiex is-soluzzjoni għal din il-pandemija.

Hawnekk il-Prim Ministru spejga kif dak li qed tgħid l-Oppożizzjoni f’Malta jikkuntrasta bil-kbir ma’ dak li qed jgħidu l-awtoritajiet mediċi Internazzjonali u lokali, li kollha qed iħarsu lejn il-vaċċin bħala soluzzjoni għal din il-pandemija.

Qal kif, “Inzertat tabiba Deputat Nazzjonalista, membru fl-action team li qalilna ħareġ position statment, araw kemm hu perikoluż, li jgħidilna li l-vaċċin mhuwiex soluzzjoni. Mela għandek l-WHO tagħmel il-pożizzjoni ċara ħafna tagħha, l-esperti mediċimadwar id-dinja kolllha jgħidulna dwar l-importanza tal-vaċċin u l-messaġġ żbaljat li tibgħat il-poplu tagħna li tgħidilhom li l-vaċċin mhux is-soluzzjoni.”

Għall-kuntratju ta’ dak li qal il-Partit Nazzjonalista, dwar in-nuqqas ta’ dożi li se jkollna, il-Prim Ministru qal li anke l-ewwel kunsenja ta’ dożi se tkun ħafna akbar mill-ammont li semma l-Partit Nazzjonalista.

Qal li, “Ma’ l-ewwel konsenja, ma’ l-ewwel konsenja biss se jkollna aktar dożi milli semmiet hi, se jkollna d-dożi għall-popolazzjoni kollha u iżjed biex nistgħu anke nagħtu donazzjonijiet lil pajjiżi oħra, minn produttur wieħed biss se jkollna biżżejjed dożi għall-popolazzjoni kollha”

Dwar l-għajnuna fil-pandemija mill-Partit Nazzjonalista, il-Prim Ministru rrimarka kif il-kumitat ta’ sorveljanza fuq il-Covid-19, li huwa magħmul mill-politiċi, sa llum għadu ma rrakkomanda xejn.

Il-mexxej Laburista nnota wkoll it-tfixkil tal-Oppożizzjoni anke fejn tidħol il-problema tal-immigrazzjoni, u semma kif f’nofs pandemija dan il-Gvern kien iffukat ukoll biex iwaqqaf il-wasliet ta’ dgħajjes mil-Libja għal pajjiżna.

Sostna kif, “Xi tfixkil kellna, biex ġejna lura – għax mhux se toqgħodu kwarantina u għax is-Supretendent tas-Saħħa eżentatkom u ma messiex eżentatkom u għax ma ilbistux il-maskra u għax ħadtu b’idejn il-Prim Ministru Libjan. Jiġifieri morna hemmek dakhinar ġurnata li kieku ma kenitx l-ħidma ta’dik il-ġurnata konna nfuru bl-immigranti dan is-sajf.”

Il-ħidma sfieqa ta’ Gvern Laburista f’pandemija, waslet ukoll biex ġie kkontrollat il-qgħad f’pajjiżna, li issa n-numru jinsab taħt it-tlett elef perusna – l-inqas rata ta’ qgħad minn Marzu li għadda.

Il-Prim Ministru tenna wkoll li f’pandemija dan il-Gvern irnexxielu jġib isem tajjeb għal pajjiżna barra minn xtutna, u semma il-bidliet kruċjali li seħħew fil-qasam tas-saltna tad-dritt f’tant qasir żmien. Hawnekk qal kif bil-ħidma tal-Forzi tal-Ordni tagħna, pajjiżna jinsab fi triqtu li jgħaddi mill-Moneval.

Il-Prim Ministru Malti temm id-diskors tiegħu b’messaġġ ta’ tama u għaqda.
Qal li, “Studenti żgħażagħ, ħaddiema, penzjonanti, self-employed, minn iħaddem, flimkien pajjiż wieħed li għandu għal qalbu lil Malta u Għawdex, Maltin u Għawdxin u għalhekk ħbieb tiegħu nistgħu nħarsu lil’hinn mill-pandemija u lejn futur mill-aqwa għal pajjiżna. Għalhekk Għawdxin u Maltin b’saħħitna ‘l quddiem.”

Ta’ QabelLi Jmiss

1 Comment

  1. Allura nghid jien tal-PN ma jmisshomx jiehdu din it-tilqimq la mhix is-soluzzjoni. Kul m;ghandhom jaghmlu jmorru ghand Dr Deguara u jitolbuha ftit Aspro.

Leave a Reply

Your email address will not be published. Required fields are marked *

Send this to a friend