Franza rebħet il-Junior Eurovision Song Contest li sar fil-Polonja llejla.
Iċ-ċkejkna Valentina rebħet kemm il-vot tal-ġurija u anki l-vot online.
Il-kantanta Franċiża rebħet permezz tal-kanzunetta ‘J’imagine’ u l-preżentazzjoni kkulurita tagħha.
Malta, rappreżentata minn Chanel Monseigneur kisbet mitt punt u spiċċat fit-tmien post.
Hija tat interpretazzjoni tajba tal-kanzunetta ‘Chasing Sunsets’.
F’dan il-konkors ta’ din is-sena, li ġie mxandar b’mod differenti minħabba l-imxija kien ikkontestat minn tnax-il pajjiż.
Ritratt: EBU