Bernard Grech irid referendum fuq il-mina li kien qabel dwarha biex issir – One News

Notifiki

Bernard Grech irid referendum fuq il-mina li kien qabel dwarha biex issir

Ftit aktar minn xahar wara li l-Partit Nazzjonalista, permezz tad-dokument ta’ qabel il-budget kkonferma li l-proġett tal-konnettività permanenti bejn Malta u Għawdex għandu jitkompla, il-Ħadd filgħodu, il-Kap tal-Oppożizzjoni Bernard Grech reġa’ bidel din il-pożizzjoni.  

Filfatt, minkejja li l-Partit Nazzjonalista saħansitra vvota favur dan il-proġett f’riżoluzzjoni fil-Parlament, Bernard Grech issa talab sabiex jerġgħu jibdew l-istudji u jsir referendum fuq il-mina.

Din il-u-turn massiċċa, Bernard Grech għamilha meta ħareġ it-tender għad-disinn u l-operat tal-mina bejn Malta u Għawdex.

Fid-diskors tiegħu minn lukanda fl-Imġarr Għawdex, Bernard Grech attakka wkoll l-investiment kollu li għamel Gvern Laburista fil-gżira Għawdxija.

Grech sab ħin ukoll biex jirringrazzja lill-eks Ministru għal Għawdex Giovanna Debono.

Dan għamlu wara li ftit tal-jiem ilu, sellem lil Ninu Zammit, figura ieħor minn tal-passat tal-Partit Nazzjonalista.

Wara dan, il-Kap Nazzjonalista għokritu wkoll għajnu għaliex issa fil-Kabinett hemm tliet Ministri Għawdxin.

Ta’ QabelLi Jmiss

1 Comment

  1. Illum is-segwaci tal-PN qed jittejalizzaw li dan Bernard Grech mhux ahjar minn ta’ qablu ghax huwa dghajjef, bla sinsla u facilment jigi mmanipulat minn ohrajn. M’hemmx “leadership skills” biex jaghnlum leader kapaci.

Leave a Reply

Your email address will not be published. Required fields are marked *

Send this to a friend