Fi stqarrija l-Partit Laburista innota li filwaqt lu li fid-dokument tal-Partit Nazzjonalista ta’ qabel il-budget, il-Kap ikkommetta ruħu fuq il-ħidma għal link permanenti bejn Malta u Għawdex, illum iddeċieda jgħid li se jagħmel referendum.
Il-Partit Laburista fakkar fir-riżoluzzjoni li saret ftit tax-xhur ilu fil-Parlament li kienet ġiet maqbula mill-Gvern u l-Oppożizzjoni b’vot dwar il-proġett tal-mina bejn iż-żewġ gżejjer. Fakkar ukoll li l-link permanenti hija wegħda elettorali tal-Partit Nazzjonalista.
Il-Partit Laburista spjega li din hija politika ta’ min ma jafx jieħu deċiżjoni u jżomm magħha. Politika li tkisser l-ekonomija. Temm jgħid li Bernard Grech huwa inkonsistenti, li ma jiddeċidix, u jmur lura minn kelmtu stess