Fis-sena mindu ġiet inawgurata it-taqsima tal-Hate Crime and Speech f’Ottubru tal-2019, saru mat-tliet mija u żewġ rapporti.
Fost l-aktar rapport komuni kien hemm kliem ta’ mibegħda ppubblikati fuq siti ta’ midja soċjali bħal Facebook u TikTok.
Bosta nisa, l-komunità LGTIQ+, dawk li jħaddnu twemmin reġlijuż jew politiku differenti, u anke barranin sfaw vittma ta’ dan kollu. L-Assistent Terapista Andre Soler spjegalna kif tul il-pandemija, it-taqsima ħarġet wieħed u erbgħin kwerela.
Qal kif, “Illum kellna 41 kwerela li bħalissa hemm numru ta’ każijiet il-Qorti li dawn in-nies li għamlu dawn it-tip ta’ kummenti qed jiġu pproċessati b’mod legali. Hemm ċans li fil-liġi tgħidilna li jekk wieħed jinstab ħati hemm ċans ta’ ħabs bejn sitt xhur u sentejn.”
Soler spjega wkoll li wara li jsir rapport, dan jiġi diskuss u analizzat minn tim intern u jinvolvu lill-avukati fejn meħtieġ.
Spjega kif, “Li imbagħad tintbagħat lill-Pulizija u min-naħa tal-Pulizija ikollhom il-lead fuq il-każ u mbagħad jistgħu jieħdu steps legali kontra l-persuna.”
It-taqsima toffri wkoll appoġġ legali u psikoloġiku lill-vittmi kkonċernati.
Min jixtieq jikkuntattja lit-Taqsima tal-Hate Crime and Speech jista’ jibgħat email fuq stophatemalta@gov.mt