Maltemp qawwi li laqat lil Sqallija jista’ jkun il-kawża tal-interruzzjoni tad-dawl fl-interconnector bejn Malta u Sqallija.
Dan kkonfermatu l-Enemalta fejn fi stqarrija spjegat li L-interruzzjoni ma kellha l-ebda konsegwenza fuq l-impjanti Maltin li mal-mument tal-interruzzjoni qalbu fuq dak li jgħidulu load shedding.
L-Enemalta qalet li kif marret il-provvista, filwaqt l-impjanti li jaħdmu bil-gass ma ġewx affetwati, it-tekniċi tal-kumpanija , f’ħin qasir, żiedu l-ġenerazzjoni tal-elettriku biex fi tmien minuti bdiet terġa’ tiġi restawrata l-provvista tal-elettriku. Il-maġġoranza tal-konsumaturi affetwati kellhom is-servizz lura f’inqas minn erbgħin minuta.
Lokalment is-sistema tad-distribuzzjoni hija mgħammra b’faċilita’ awtomatika fejn id-dawl jinqata’ biex jiġu protetti l-impjanti ta’ ġenerazzjoni f’Delimara.
Filwaqt li Enemalta skużat ruħha għal kull inkonvjent, tinnota li s-sistemi ta’ ġenerazzjoni u protezzjoni awtomatika ħadmu kif suppost biex ġie żgurat lanqas inkonvenjent possibbli.