“Kemm il-Knisja u kemm pajjiżna għandhom ħafna tajjeb” – Mons. Mario Grech – One News

Notifiki

“Kemm il-Knisja u kemm pajjiżna għandhom ħafna tajjeb” – Mons. Mario Grech

“Bqajt ftit imsaħħar bir-reazzjoni ta’ ġensna għat-tħabbira li għamel il-Papa Franġisku meta qal li ser iseħibni fil-Kulleġġ tal-Kardinali tal-Knisja.”

Dan intqal mill-Emeritu Isqof ta’ Għawdex, Monsinjur Mario Grech, fil-jum li fih se jkun kreat kardinal mill-Papa Franġisku.

F’dan il-messaġġ, Monsinjur Grech qal kif dakinhar tal-25 ta’ Ottubru, meta l-Papa sejjaħlu sabiex ikun Kardinal, ħafna ħassew sens ta’ sodisfazzjon għaliex il-Papa ftakar fil-Maltin, permezz ta’ din il-ħatra minkejja ċ-ċokon ta’ pajjiżna.

Monsinjur Grech qal kif kemm il-Knisja u kemm pajjiżna għandhom ħafna tajjeb u kif kull wieħed u waħda minnha għandna sens ta’ responsabbiltà biex nieħdu ħsieb inkattru t-tajjeb, filwaqt li nnaqqu l-ħaxix ħażin li jitfaċċa maż-żmien.

Il-Kardinal Elett qal kif din il-mewġa friska li ġiet fuq pajjiżna mal-aħbar ta’ Kardinal ġdid, tfisser li l-Knisja għadha tagħmel ħoss. Semma’ kif il-Knisja fil-passat għamlet l-iżbalji tagħha iżda xorta għadha fil-qalb tal-Maltin.

Saħaq li huwa importanti li l-fjamma tal-fidi fi Kristu tibqa’ tixgħel fil-qlub ta’ kulħadd wieħed u waħda minnha.

Ta’ QabelLi Jmiss

Leave a Reply

Your email address will not be published. Required fields are marked *

Send this to a friend